Tikber il-kontroversja dwar it-tentattivi ta’ Birkirkara FC li jakkwistaw lill-plejer Brażiljan Ronaldinho. Dan hekk kif avukat Malti ċaħad din l-istorja.
L-avukat Jean Paul Sammut qed jgħid li Ronaldinho hu klijent tiegħu, u li qed jiċħad kategorikament din l-aħbar li ġiet żvelata lbieraħ.
L-avukat Sammut qed jgħid illi hu veru li sar kuntatt minn Birkirkara mal-aġent tal-plejer, b’Birkirkara jagħmlu offerta biex Ronaldinho jingħaqad magħhom għall-istaġun li ġej. “Iżda din it-talba ġiet rifjutata mal-ewwel, u allura hi falza l-aħbar li għaddejin xi negozjati”, sostna l-avukat Sammut.
