It-tim Malti tat-tennis temm l-impenji f’Diviżjoni 4 Sezzjoni B tat-Tazza Davis b’telfa ta’ 3-0 kontra l-Irlanda. Omar Sudzuka tilef kontra Simon Carr 6-0, 6-2 u Matthew Asciak safa megħlub minn Peter Bothwell 7-5, 6-0. Fid-doppji, Matthew Cassar Torreggiani u Omar Sudzuka tilfu 6-4, 6-3 kontra Julian Bradley u Osgar O’Hoisin.
Il-Ħamis it-tim Malti kien rebaħ 3-0 kontra l-Kosovo. Denzil Agius rebaħ il-logħba tiegħu 6-2, 2-6, 6-0 u l-istess għamel Matthew Asciak li b’faċilità rebaħ 6-0, 6-0. Fid-doubles, Matthew Asciak u Omar Sudzuka rebħu 6-0, 6-1.
B’hekk l-Irlanda rebħet il-grupp b’erba’ rebħiet u t-tim Malti temm it-tieni wara li aktar kmieni fil-ġimgħa rebħa kontra l-Andorra u San Marino 2-1.
//= $special ?>