Ambjent Lokali

Proġett li se jwassal għal iktar traffiku u aktar tniġġis

Wara li lbieraħ ġie approvat l-iżvilupp massiċċ ta’ Infrustrcture Malta, imsejjaħ Central Link, ħafna kienu dawk li urew tħassib għal din id-deċiżjoni li ġiet approvata mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar biex tinbena bypass gdida f’H’Attard.

Il-Professur Christian Scerri, speċjalista tal-ġenetika u riċerkatur tal-kanċer qal li kull studju li sar barra minn Malta, juri li meta twessa’ triq, jiżdiedu l-karozzi u jiżdied it-trab fl-arja.

Huwa żied jgħid li din it-triq mhux se tkun soluzzjoni biex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku fil-lokalita ta’ Ħ’Attard.

Il-professur Christian Scerri saħaq li hemm altenattivi li setgħu ġew ikkunsidrati fosthom …bicycle lanes aħjar.

Huwa sostna li apparti dawn jeżistu wkoll żewġ alternattivi oħra fosthom ta’ mina jew by pass li jistgħu jsolvu l–problema tat-traffiku u b’hekk ikun hemm inqas tniggis tal-arja.

Dan il-proġett kien approvat minkejja l-ħafna kontroversja u minkejja n-numru kbir ta’ esperti, residenti u bdiewa li tkellmu u wrew thassib serju dwar il-progett tas-Central Link u dwar il-fatt li ma saritx konsultazzjoni pubblika.

Kienu 3 li vvutaw kontra dan l-iżvilupp massiċċ minn fejn ir-roundabout tas-Saqqajja sal-uffiċini tal-MFSA, fosthom id-deputat Marthese Portelli li kienet qed tirrapreżenta l-Oppozizzjoni, u l-kunsillier ta’ H’Attard Giorgio Schembri.