Iċ-champion renjanti Geraint Thomas kompla jitlef aktar ħin fil-konfront ta’ Julian Alaphilippe, hekk kif Thibaut Pinot rebaħ l-14-il stadju. Thomas inqata’ minn mal-grupp ta’ quddiem madwar kilometru mit-tmiem, b’Alaphilippe jaqsam il-linja finali sitt sekondi qabel il-kompatrijott Pinot.
Dan l-istadju kien qasir iżda iebes u kien deċiż fi tmiem ta’ telgħa ta’ 19-il kilometru sal-quċċata tal-muntanja Tourmalet, waħda mill-aktar ikoniċi ta’ dan it-Tour. Dan jista’ jkun meqjus eżami li Alaphilippe għadda hekk kif qabeż l-aspettattiva u kabbar il-vantaġġ fil-quċċata.
Iċ-ċiklist ta’ 27 sena qed ifittex li jsir l-ewwel Franċiż rebbieħ tat-Tour de France minn Bernard Hinault fl-1985. Normalment hu mhux l-aktar b’saħħtu fil-muntanji iżda reġa’ wera saħħa u karattru f’kundizzjonijiet iebsa. Minħabba li fadal aktar stadji fil-muntanja fl-aħħar ġimgħa, Thomas għadu mhux maqtugħ iżda l-affarijiet għalih komplew jikkumplikaw.
Kif spiċċaw l-14-il stadju:1. Thibaut Pinot 3:10.20, 2. Julian Alaphilippe +0.06, 3. Steven Kruijswijk +0.06, 4. Emanuel Buchmann +0.08, 5. Egan Bernal +0.08, 6. Mikel Landa +0.14, 7. Rigoberto Uran +0.30, 8. Geraint Thomas +0.36, 9. Warren Barguil +0.38, 10. Jakob Fugslang +0.53
Klassifika Ġenerali:1. Julian Alaphilippe 56:11.29, 2. Geraint Thomas +2.02, 3. Steven Kruijswijk +2.14, 4. Egan Bernal +3.00, 5. Emanuel Buchmann +3.12, 6. Thibaut Pinot +3.12, 7. Rigoberto Uran +4.24, 8. Jakob Fugslang +5.22, 9. Alejandro Valverde +5.27, 10. Enric Mas +5.38
//= $special ?>