Lokali

Il-verifika tal-voti saret b’mod metikoluż minn dawk ta’ favur u ta’ kontra – FZD

B’referenza għal xi mistoqsijiet li qed isiru fuq il-votazzjoni li se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Lulju 2019 fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Francis Zammit Dinech jixtieq jikkjarifika dan li ġej:

Il-lista kollha tal-votanti eleġibbli ġiet verifikata mill-Kummissjoni Elettorali u f’dik il-kummissjoni hemm ir-rappreżentanza tal-fehmiet differenti fuq il-mistoqsija: ‘Int trid li Adrian Delia jibqa’ jmexxi l-Partit Nazzjonalista sal-elezzjoni ġenerali li jmiss?’.

Il-proċess tal-verifika li kien wieħed metikoluż ingħalaq b’mod definittiv nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019. 

Irid jingħad li l-Kummissjoni kellha tivverifika li l-lista tal-kunsillieri hi dik valida sad-data tal-4 ta’ Lulju 2019 meta issejjaħ l-istess Kunsill Ġenerali u l-Kummissjoni Elettorali m’għandha ebda dritt tikkontesta kif il-kumitati sezzjonali tal-partit f’Malta u Għawdex ikunu għażlu l-kunsillieri biex jirrappreżentaw id-diversi bliet u rħula fl-istess Kunsill Ġenerali, sakemm dejjem saru skont l-Istatut u ma saru l-ebda tibdiliet wara d-data tal-4 ta’ Lulju. 

Il-Kummissjoni Elettorali qed tagħti sa nhar it-Tlieta 23 ta’ Lulju f’12.00pm opportunità biex jekk hemm min iħoss li għandu dritt jidher fil-lista tal-kunsillieri tal-partit u mhux qiegħed f’dik il-lista, jista’ jikteb lill-Kummissjoni permezz ta’ e-mail fuq: kummissjoni@pn.org.mt u l-Kummissjoni Elettorali tagħmel il-verifiki meħtieġa, dejjem skont dak provdut fl-Istatut tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kummissjoni Elettorali qed tagħti wkoll iċ-ċans sa nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju f’12.00pm biex min jidher li għadu ma ħallasx it-tessera tiegħu għal din is-sena jagħmel hekk bil-kumdità kollha, jew online jew fid-Dar Ċentrali tal-PN.  Naturalment jekk hemm xi persuni li diġà ħallsu t-tessera tagħhom jistgħu jagħtu prova tat-tesserament tagħhom u r-records meħtieġa jkunu aġġornati, fil-ħin qabel tibda l-votazzjoni.

Il-Kummissjoni Elettorali fl-aħħarnett tfakkar li filwaqt li l-votazzjoni prinċipali se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Lulju fid-Dar Ċentrali tal-PN, Pietà bejn l-10am u s-6pm, qed tingħata wkoll opportunità ta’ votazzjoni bikrija nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju fid-Dar Ċentrali PN, Pietà kif ukoll fil-kwartieri ġenerali tal-Partit Ta’ Sannat, Għawdex bejn il-5pm u t-8pm. 

L-istqarrija tal-President tal Kummissjoni Elettorali Francis Zammit Dimech ħarġet b’reazzjoni għal stqarrija li saret minn petizzjonisti fejn għamlu sensiela ta’ allegazzjonijiet