Lokali

“Il-verità tinsab hawn u ma teħtieġx skavar” – il-Grupp dB

Fi stqarrija pjuttost taħraq, il-grupp dB caħdu diversi allegazzjonijiet u għajdut li skont huma għaddejjin fil-konfront tal-iżvilupp tagħhom ta’ City Centre fis-sit magħruf bħala tal-ITS f’San Ġiljan.

Fost l-oħrajn il-grupp qed jiċħad li l-applikazzjoni tagħhom wara li l-Qorti qatgħetha kontra l-Awtorità tal-Ippjanar, kellha b’xi mod l-għan li minflok tgħaddi mil-bieb, tgħaddi mit-tieqa.

Il-grupp qed jisħaq li l-Qorti ma esprimietx ruħha dwar il-merti tal-permess, il-proċess li ntuża jew il-proġett inniffsu iżda biss kontra l-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-grupp kompla jgħid li l-Qorti ċanfret li xi membri tal-Bord tal-Awtortità tal-Ippjanar li kineu għamlu stqarrijiet pubbliċi dwar il-proġett qabel is-smigħ tal-Bord. Huma saħqu li l-applikazzjoni tagħhom kienet segqiet il-proċess tal-ippjanar fis-sħiħ, u l-Bord kien approva l-applikazzjoni b’10 voti kontra 4.

Il-Grupp dB qalu li huma irrispettaw is-sentenza tal-Qorti u saħansitra bgħatu ittra ġudizzjarja kontra l-Planning Authority fejn qed iżommuhom responsabbli leglamnet u finanzjarajment għad-danni li qed isofru bħala riżultat tas-sentenza kontrihom. Huma komplew jgħidu li mhumiex se jħallu li jinkisru d-drittijiet tagħhoma bħala konsegwenza ta’ dak li skont il-Qorti kien nuqqas minn naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar.

L-istqarrija ticħad ukoll li s-sentenza mgħotija mill-Qorti b’xi mod titlob li jerġa’ jinbeda mill-ġdid il-proċess tal-applikazzjoni, imma sempliċiment li jitkompla s-smigħ fi stadju ta’ ppjanar, u li bħala grupp qegħdin jipproponu xi tibdil.

L-istqarrija tgħid li l-binja tal-ITS se tinżamm u tiġi integrata fl-iżvilupp, is-substation tal-Gwerra l-Bierda se tibqa’ intatta u mhux se jsir skavar taħtha, se jiżdiedu l-ispazji miftuħa, u se jiċkien il-proġett.

Id-dB ċaħdu wkoll li d-deċiżjoni tal-Qorti qed twaqqafhom illil japplikaw għal permessi ta’ skavar u sejjaħ din bħala gidba. Il-grupp tenna li din l-applikazzjon hija parti mill-applikazzjoni oriġinali tal-proġett.

Fl-aħħar, l-istqarrija titkellem dwar gidba oħra – dik li skavar taħt bini eżistenti jeqred jew jipperikola l-istess binja. Il-grupp saħaq li kieku dan kien minnu, kienu qatt ma setgħu isiru parkeġġi tal-karozzi taħt binjiet u qalu li hemm diversi eżempji ta’ bliet storiċi fid-dinja fejn sar skavar taħt binjiet importanti bl-użu tal-istess teknika.

Il-grupp dB qal l hu qatt ma daħal f’diskussjoniijiet pubbliċi imma li se jikxef il-gideb u mhux se jħalli l-verità tintradam. L-istqarrija temm tgġid li “l-verità tinsab hawn, u ma teħtieġx skavar”.