Internazzjonali

Ir-Renju Unit bi twissija lill-Iran

Jekk l-Iran ma jirrilaxxax it-tanker b’bandiera Ingliża li nżamm fil-Golf, ir-Renju Unit wissa konsegwenzi serji.

Is-sidien tat-tanker Stena Impero qalu li ma kellhomx aċċess biex jagħmlu kuntatt mat-tanker li fuqu hemm 23 membru tal-ekwipaġġ fi triqithom lejn l-Iran.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż, Jeremy Hunt qal li t-tanker spiċċa mdawwar b’ħelikopter u b’erba’ opri tal-baħar. B’reazzjoni għal dan qed jiġu diskussi x’azzjonijiet jistgħu jittieħdu kontra l-Gvern Iranjan.