Bosta siġar maturi tul il-fortifikazzjonijiet ta’ Marsamxett inqatgħu bħala parti minn dawk li qed jissejħu “xogħlijiet ta’ tisbiħ” .
It-tneħħija tas-siġar tidher li hija parti minn proġett mill-Grand Harbour Regeneration Corporation – GHRC, li qed jaġġorna l-bankina mis-swar ta’ Marsamxett u t-toroq ta’ San Sebastjan fil-Belt Valletta… dan bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-Valletta.
Fi Frar li għadda, meta nħarġet offerta għax-xogħlijiet, il-GHRC insistiet li kienet ikkonsulta ma’ esperti u ġabet permess mill-Awtorità tal-Ambjent biex tkun tista’ tagħmel dan kollu.
Ir-residenti li tkelmu ma Net News qalulna li jinsabu diskustati b’dan l-atteġjament tal-awtoritajiet li qed jaraw x’jagħmlu biex iqaċċtu kull siġra li hawn f’Malta. Huma saħqu magħna li nutli tħawwilhom x’imkien ieħor u nutli li jitħawlu siġar ġodda għaliex ħafna minnhom jieħdu madwar 30 sena biex jikbru f’siġar maturi kif kienu dawk li tqaċċtu.
Ix-xogħol fuq dan il-proġett msemmi ta’ tisbiħ beda fl-aħħar xhur.
//= $special ?>