Ma niftakarx.
Dik kienet ir-risposta ta’ Konrad Mizzi meta mistoqsi jekk Nexia BT, li malli sar Ministru għenuh jiftaħ il-kumpanija sigrieta fil-Panama, kienux għenuh ukoll fl-għażla ta’ Vitals Global Healthcare li kienu ħadu f’idejhom tlett sptarijiet pubbliċi Maltin.
Il-Ministru li fiż-żmien kien responsabbli mis-settur tas-saħħa kien qed iwieġeb għal mistoqsijiet ta’ ġurnalist tat-Times of Malta, fejn saħanstira qal li “se jiċċekkja”.
Madankollu meta l-ġurnalist spjegalu li meta kien talab l-informazzjoni fuq bażi tad-dritt għall-informazzjoni baqa’ ma ngħatax dettalji, il-Ministru għat-Turiżmu baqa’ jinsisti li ma setax jiftakar.C
Tweġibiet li jkomplu jixħtu dell iswed fuq din id-deal ta’ Konrad Mizzi. Deal li ftit xhur biss wara li saret, sfaxxat b’mod miseterjuż meta l-istess Vitals għaddew l-isptarijiet lil Stewart Heatlhcare għal Ewro wieħed biss, biex pajjiżna fl-aħħar ħa dik li l-Ministru attwali tas-saħħa Chris Fearne sejjaħ ir-“real deal”.
Sadanittant, il-Qorti, f’sentenza li tat, orndat lill-istess Mizzi, flimkien mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna u dak tal-Ekonomija Chris Cardona, biex jixhdu f’kawża fejn tqajmu dubji serji dwar ir-raġuni wara d-deal tal-Vitals u kif dawn it-tliet ministri setgħu iħossuhom komdi jiffirmaw ftehim għat-tmexxija ta’ tliet sptarijiet tal-Maltin lil kumpanija b’assolutmanet l-ebda tip ta’ esperjenza fil-qasam.
Deal li sewa ħafna miljuni lill-Maltin – għalxejn.
//= $special ?>