Lokali

L-Air Malta provat tagħmel minn kollox biex tgħin lill-passiġġieri li baqgħu Malta

Fi stqarrija l-Air Malta qalet li ġiet avviċinata minn rappreżentant tal-grupp tal-futbol sabiex topera erba’ titjiriet charter lejn id-Danimarka wara li l-arranġamenti oriġinali biex dawn imorru b’titjira privata sfumaw fix-xejn.

L-Air Malta ssostni li hija pprovat minn kollox biex tissodisfa din it-talba li kienet tinkludi tmien titjiriet – 4 bil-passiġġieri u 4 titjiriet vojta.

Sfortunatament, l-Airmalta ma kellhiex il-kapaċità tal-flotta disponibbli għas-servizz u għalhekk ma jistgħux jikkompromettu titjiriet skedati u ppjanati.

L-Air Malta enfasizzat li aktar kmieni din il-ġimgħa intervjeniet u operat titjira mid-Danimarka lejn Malta. Dan sabiex grupp ta’ Maltin fosthom tfal li spiċċaww maqbuda d-Danimarka, setgħu jirritornaw lura Malta.