Futbol Sport

Lazio Club Malta se jġib il-Coppa Italia f’pajjiżna

Ir-relazzjoni tajba tal-President tal-Lazio Club Malta Edward Psaila, mal-amministrazzjoni tal-klabb Taljan, se twassal biex Malta se tkun inkluża f’tour li qed isir bil-Coppa Italia.

Fil-fatt din it-tazza ilha għaddejja fuq tour madwar ir-reġjun tal-Lazio f’diversi postijiet pubbliċi sabiex is-segwaċi ta’ dan it-tim jammirawha aktar mill-viċin.

Il-partitarji lokali se jkunu jistgħu jaraw dan it-Trofew, mirbuħ minn Lazio f’Mejju, waqt attività li se ssir f’ristorant f’Tas-Sliema nhar it-Tnejn 29 ta’ Lulju.

Fl-istess attività se jattendu wkoll it-Team Manager ta’ Lazio Maurizio Manzini u l-kompożitur tal-innu tant famuż tal-klabb VolaLazioVola Toni Malco.

Min jixtieq jattendi għal din l-attività hu mitlub jibgħat messaġġ privat fil-paġna ta’ Facebook Lazio Club Malta, jew inkella jikkuntattja lill-president tal-klabb Edward Psaila fuq 77498873.