Manchester United irrifjutaw offerta ta’ €60 miljun mingħand Inter għal Romelu Lukaku. Din l-offerta hi ferm distanti minn dak li qed jitolbu għall-attakkant ta’ 26 sena li ngħaqad magħhom mingħand Everton għal madwar €85 miljun.
Inter għamlu l-offerta fl-aħħar jumejn ilu u offrew il-flus bil-quddiem minflok ċifra li tiżdied bil-bonus. Lukaku ma lagħbx fir-rebħa li Manchester United kellhom kontra l-istess Inter fl-International Champions Cup.
Il-kowċ tat-tim Taljan jisħaq li l-attakkant jibqa’ l-mira prinċipali tiegħu. “Nikkunsidrah plejer li jista’ jtejjeb it-tim. Naf x’inhi s-sitwazzjoni tagħna, naraw x’jiġri. Mhux ġust li nitkellem fuq il-plejer fil-mument għaliex hu plejer ta’ Manchester United,” qal Conte.
Lukaku tilef l-logħbiet ta’ Manchester United fl-Awstralja minħabba li weġġa’ qabel falla l-logħba tal-bieraħ f’Singapore. Il-manager tat-tim Ole Gunnar Solskjaer qal li t-tim mar tajjeb mingħajr Lukaku iżda fl-istess ħin qal li kulħadd jaf li hu wieħed mill-aqwa attakkanti fid-dinja.
//= $special ?>