Internazzjonali

Mewġa ta’ sħana fl-Istati Uniti u l-Kanada

Parti kbira mill-Istati Uniti qed tkun milquta minn temperaturi estremament sħan, b’temperaturi mistennija jiżdiedu tul din tmiem il-ġimgħa.

Il mewġa ta’ sħana qed taffettwa madwar 200 miljun ruħ fi bliet kbar bħal New York, Washington u Boston. F’xi postijiet, it-temperaturi saħansitra jistgħu jkunu qrib it-38C. Partijiet tal-Kanada huma mistennija wkoll li jiġu milquta minn din il-mewġa ta’ sħana.

Esperti qed isostnu li din il-mewġ ta’ sħana li qed naffaċċjaw fl-aħħar snin hija attribwita għat-tibdil fil-klima.

Ġunju li għadda kien reġistrat bħala l-iktar xahar sħun li qatt kellna madwar id-dinja kollha, bit-temperatura medja dinjija tkun dik ta’ 16.4C.

Tags