Sport Waterpolo

Sliema u Sirens ma jfallux kif mistenni

(Ritratt: Trevor Sollars)

SIRENS GREENTUBE…………… 14 EXILES ELIA CATERERS……… 7

(3-0), (3-2), (5-1), (3-4)

Sirens Greentube bdew it-tieni rawnd fuq nota feliċi u kkonsolidaw posthom fil-quċċata. Ir-rebħa kontra Exiles Elia Caterers waslet mingħajr tbatija hekk kif ikkontrollaw il-logħba skont ir-ritmu tagħhom, bit-tim ta’ Igor Vukanovic jonqos li jkun aggressiv biżżejjed biex jibqa’ fil-logħba.

Sirens rebħu l-ewwel sessjoni 3-0 bi tliet gowls skorjati minn Christian Presciutti, John Brownrigg u Valentino Gallo, b’Exiles jonqsu li jkunu perikolużi għal-lasta ta’ Nicholas Grixti. Sirens komplew jibnu dak li għamlu fl-ewwel sessjoni u f’mument minnhom kellu vantaġġ komdu ta’ 6-1, b’Exiles isibu x-xibka biss permezz ta’ Timmy Sullivan filwaqt li penalty ta’ Milos Vukicevic għamilhom 6-2.

Bl-andament tal-logħba kif kien sejjer, ma kinitx sorpriża li Sirens assiguraw mit-tliet punti fit-tielet sessjoni. Gallo, Presciutti għamlu l-iskor 8-2 u wara li Kurt Griscti naqqas id-distakk, Edward Aquilina, Gallo minn penalty u Presciutti għamlu l-iskor dominanti ta’ 11-3.

Fl-aħħar sessjoni, Exiles irnexxielhom jagħmlu l-iskor ftit rispettabbli, bil-kowċ ta’ Sirens Sasko Popovski jieħu l-opportunità biex juża xi plejers li lagħbu ftit minuti.

Sirens: N. Grixti, J. Zerafa Gregory, C. Presciutti (4), P. Privitera, M. Grech, J. Brownrigg (3), I. Riolo, V. Gallo (5), J. Napier, E. Aquilina (1), L. Caruana, M. Sciberras (1), G. Galea Curmi, Z. Bartolo, L. Falzon

Exiles: M. Castillo, M. Stellini, A. Magri, M. Jelaca (1), T. Sullivan (3), S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti (1), M. Vukicevic (2), A. Cousin, N. Paris, P. Paris, M. Martin, S. Apap, C. von Brockdorf

Referees: Massimo Angileri, Fabio Brasiliano

Sliema jiksbu meritata

SLIEMA FRANK SALT…………… 14 MARSAXLOKK BROWN’S……….. 10

(4-3), (4-3), (5-2), (1-2)

Sliema Frank Salt qabżu lil San Ġiljan u laħqu lil Neptunes fil-klassifika b’rebħa fuq Marsaxlokk Browns’ Pharma b’distakk ta’ erba’ gowls. Għalkemm kien ħaqqhom it-tliet punti, Marsaxlokk ma għamlux il-logħba faċli għall-avversarji, b’diversi żbalji fit-tielet sessjoni waslu biex Sliema għalqu l-logħba.

Is-Slimiżi fetħu distakk ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni għalkemm Marsaxlokk permezz tal-barranin tagħhom Andrija Vlahovic u Ivan Nagaev naqqsu d-distakk għal 4-3. Sliema dehru li setgħu jiksbu vantaġġ komdu meta Gavril Subotic u Benji Cachia għamlu l-iskor 8-5 sakemm Andrija Vlahovic naqqas id-distakk.

Fit-tielet sessjoni, Marsaxlokk bdew jitilfu l-pussess faċilment u Sliema ħadu vantaġġ minn dan in-nuqqas b’ħames gowls konsekuttivi minn doppjetta ta’ Subotic, Norbert Hoznyansky, Mark Meli u Michael Spiteri Staines għal vantaġġ komdu ta’ 13-6.

Joseph Galea u Matthew Pace naqqsu d-distakk, b’Nagaev jagħmel l-iskor fl-aħħar sessjoni għal 13-9. Sliema komplew jikkontrollaw fl-aħħar sessjoni għal rebħa komda.

Sliema: J. Parnis, J. Gabarretta, G. Subotic (4), J. Sciberras (1), M. Meli (1), N. Hoznyansky (3), M. Spiteri Staines (1), L. Galea, B. Cachia (1), J. Gambin (3), Z. Mizzi, K. Borg, M. Vassallo, J. Cachia, J. Cutajar

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, L. Saliba, M. Rizzo, T. Agius, J. Galea (1), A. Vlahovic (4), I. Nagaev (3), S. Micallef, R. Scerri, M. Pace, M. Martellacci, F. Buhagiar, M. Cacici (1), K. Galea (1)

Referees: Stefan Licari, Daniele Bianco