Żewġ turisti Ġermaniżi ġew immultati mill-Pulizija wara li nqabdu jagħmlu kafè fuq it-taraġ tal-pont ta’ Rialto f’Venezja.

Iż-żewġ turisti ta’ 32 u 35 sena, ġew mmultati €950 talli għamlu tazza kafè ħdejn il-pont. Huma ntalbu wkoll jitilqu mill-belt ta’ Venezja.
Dal-aħħar, Venezja introduċiet liġi dwar serje ta’ reati ta’ ordni pubblika inkluż picnics f’ċerti siti u kif ukoll liġi dwar ilbies xieraq fis-spazji pubbliċi.
Dan sabiex, skont is-Sindku ta’ Venezja, din il-belt hemm bżonn li tkun rispettata u t-turisti jridu jifhmu din il-ħaġa.
//= $special ?>