Lokali

Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar

Kmieni wara nofsinhar anzjan ta’ 75 sena ttajjar minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 34 sena u sofra ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema għall-ħabta ta’ 1.10 ta’ wara nofsinhar meta għal xi raġuni l-anzjan, residenti l-Gżira ittajjar mis-sewwieq mill-Eritrea. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet l-anzjan l-Isptar Mater Dei għal kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.