Anzjan ta’ 71 sena, residenti Ħal Luqa u sewwieq ta’ mutur, spiċċa vittma ta’ hit & run wara li ntlaqat minn vettura li baqgħet sejra. Huwa ttieħed l-isptar ftit tal-mumenti wara.
Kelliem minn fuq il-post spjega li dan l-inċident seħħ fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra f’Ħal Luqa fis-7.30am.
Il-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhux magħrufa.
Jidher li l-Pulizija elevat filmati minn kameras tas-sigurtà fiż-żona biex tinvestiga aktar u tinstab il-vettura li kienet involuta.
//= $special ?>