Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li nqalbet dgħajsa

Raġel fil-periklu tal-mewt u tnejn oħra sofrew xi ġrieħi hekk kif inqalbet dgħajsa fuq il-baħar bejn ix-Xlendi u d-Dwejra, Għawdex għall-ħabta tal-5.15 ta’ llejla.

Fuq il-post issejħu membri tal-Forzi Armati ta’ Malta biex jassisti lil irġiel, it-tlieta età ta’ 29 sena residenti ix-Xewkija, Ħal Luqa u s-Siġġiewi.

Huma ddaħlu fil-port tax-Xlendi permezz ta’ dinghy u ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza. Ir-raġel mix-Xewkija ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. Il-kundizzjoni taż-żewġt irġiel l-oħra għadha mhix stabbilità.

Għad mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident. Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.