Sport Sport Ieħor

French Laundry fi klassi għalih fil-Premier

(Ritratt; Malta Trot Racing)

Rapport: Kenneth Vella

Misjuq minn Michael Ellul, id-debuttant Amerikan French Laundry rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ġimgha fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din it-tiġrija għamlet parti mit-38 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott.

Għaxar żwiemel biss ħadu sehem fit-tiġrija tal-ogħla klassi. Michael Ellul poġġa lill-ġdid French Laundry quddiem dawra mit-tmiem u dan irnexxielu jaqsam il-linja finali l-ewwel b’vantaġġ kbir ta’ għaxar tulijiet minn Baron Du Chene (Clifferty Calleja) u Primula Brazza (Clint Vassallo). Anakit Du Tay (Redent Magro) temm fir-raba’ pożizzjoni. L-ewwel rebħa f’Malta ta’ French Laundry waslet f’medja impressjonanti ta’ 1.14.2” fil-kilometru.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Calife Aimef (C. Camilleri) Ħin – 2. Brio De Malte (K. Axisa) 3. Capello Vici (K. Saliba) 4. Diamant d’Haufor (C. Caruana)

II Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Demeter Tege (C. Vassallo) Ħin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. Diego JYL (J. Zahra) 3. Nilema (D. Baldacchino) 4. Ella Des Moyeux (R. Gatt)

III Tiġrija Bronze B. Dist – 2140m. 1. Delice Majyc (D. Hili) Ħin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Staro Let’s Dance (T. Tanti) 3. Lajos Bellan (D. Baldacchino) 4. Cocktail d’And (J. Spiteri)

IV Tiġrija Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Chahuteur (K. Saliba) Ħin – 2.45.5” (1.17.4”) 2. Ami Cornuaillais (R. Gatt) 3. Odessa Cheri (M. Debono) 4. Imakeittheeasyway (M. Bonnici)

V Tiġrija Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Extreme Hangover (R. Gatt) Ħin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. Lovely Boy (P. Galea) 3. Veikko Hornline (J. Farrugia) 4. Concerto Cehere (C. Camilleri)

VI Tiġrija Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Vapocraqueur (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Damu Cherry (J. Farrugia) 3. Vicken Swing (M. Mifsud) 4. Valberg Snob (B. Zammit)

VII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Alzano Verderie (C. Calleja) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Tui De Narmont (N. Baldacchino) 3. Vasco De Montmarce (J. Gafa’) 4. Remain Garbo (J. Farrugia)

VIII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. French Laundry (M. Ellul) Ħin – 2.38.7” (1.14.2”) 2. Baron Du Chene (C. Calleja) 3. Primula Brazza (C. Vassallo) 4. Anakit Du Tay (R. Magro)

IX Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Janske (C. Camilleri) Ħin 2.41.4” (1.15.4”) 2. Univers De Suce (K. Saliba) 3. Uppercut Ducal (M. Debono) 4. Drogba Bob (C. Caruana)

X Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Baltra Spider (S. Cassar) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Bien Aller (P. Galea) 3. Hallas Judex (C. Magro) 4. And Here I Am (R. Gatt)