Lokali

“Ħadd ma jiġi jgħidilna grazzi” – Muscat dwar il-qerda tal-ambjent

Joseph Muscat jgħajjar lill-membri tal-Oppożizzjoni “injoranti”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat stenna l-“grazzi” mingħand in-nies talli se jagħmel il-proġett tas-Central Link u li permezz tiegħu se jinqerdu mijiet ta’ siġar u għelieqi.  

Dan qalu l-Ħadd filgħodu waqt intervista fuq l-istazzjon tar-radju Laburista One Radio.

Intant Joseph Muscat tul l-intervista nfexx jgħajjar membri lill-membri tal-Oppożizzjoni “injoranti” għaliex esprimew l-opinjoni tagħhom.

Fil-vot dwar is-Central Link quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Oppożizzjoni permezz tar-rappreżentanta Marthese Portelli vvutat kontra dan il-proġett. L-istess għamel il-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f’Ħ’Attard, Giorgio Schembri.

Ikkummenta