Il-Ħadd waranofsinhar wasal il-kontinġent Malti tal-fondazzjoni Alive, bi 30 ċiklist illi għelbu l-isfida taċ-ċikliżmu li qabżet l-1300 kilometru ta’ vjaġġar.
L-għan wara l-isfida annwali Alive huwa li jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-kura ta-kanċer.
Tul il-vjaġġ tagħhom li dam ġimgħa sħiħa minn Oslo, fin-Norveġja sa Amsterdam fl-Olanda, iċ-ċiklisti affaċjaw diversi sfidi fosthom riħ qawwi, xemx qawwija, u distanzi twal li donnhom ma jispiċċaw qatt.
Ma’ NET News tkellem wieħed miċ-ċiklisti li ħa sehem għas-seba’ darba, u li tkellem dwar din l-esperjenza.
Għal darboħra, iċ-ċiklist Elton Barry ħa sehem fil-maratona. Sentejn ilu, Barry kien għadda minn esperjenza li ħalliet impatt kbir fuq ħajtu meta tawh numru ta’ attakki tal-qalb u anke puplesija.
F’kumment li ta lil NET News Barry spjega d-dettalji tal-isfida li hu ddeċieda jerġa’ jkun parti minnha.
Naturalment, sfida bħal din tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ preparazzjoni. B’hekk NET News tkellem ma’ Nicky Camilleri li huwa c-Chairperson tal-fondazzjoni ALIVE.
Il-fondazzjoni Alive torganizza wkoll taħriġ barra minn pajjiżna sabiex iċ-ċiklisti Maltin ikunu jistgħu jidraw il-pajsaġġ lil hinn minn xtutna.
//= $special ?>