Rumena ngħatat sentenza ta’ 18-il xahar ħabs, sospiża għal tliet snin, waqt li l-għarus tagħha nżamm arrestat fuq sensiela ta’ serqiet mill-istess supermarket.
Marius Stefan ta’ 40 sena u Cristina Zainea ta’ 33 sena, it-tnejn Rumeni, inqabdu minn xi persuni li fid-19 ta’ Lulju ndunaw li kienu qed jisirqu.
Huma segwewhom, rawhom jibdlu ħwejjiġhom biex ma jintgħarfux u telqu mill-post. Madankollu dawk li segwewhom baqgħu sejrin warajhom.
Eventwalment instab li fl-istess xahar, iż-żewġ persuni wettqu żewġ serqiet oħra mill-istess ħanut.
Barra minn dan instab li Marius hu riċediv u kien f’pajjiżna mingħajr permess. Is-sentenza fil-konfront tiegħu mistennija fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>