Internazzjonali

Nirien joħonqu l-imsaġar tal-Portugall

Persuna qed isofri minn ġrieħi gravi

Aktar minn 1,000 ħaddiem tat-tifi tan-nar qed jissieltu ma’ nirien kbar li ħakmu ċ-ċentru tal-Portugall.

Dan wassal biex persuna weġġa’ bi ġrieħi gravi u sabiex l-awtoritajiet parzjalment jevakwaw il-villaġġ Castelo Branco li jinsab 225 kilometru fil-Grigal tal-kapitali Lisbona.

L-irjieħat qawwija u temperaturi għolja qed jagħmluha aktar diffiċli għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar sabiex jitfu n-nirien li bdew ilbieraħ wara nofsinhar. Rapporti qed jgħidu li lbieraħ għal xi ħin it-temperatura fil-Portugall kienet ta’ 46°C .

S’issa seba’ ħaddiema tat-tifi tan-nar ukoll sfaw midruba.