Lokali

Vandalizzata t-tifkira ta’ Lassana Cisse

Ritratti: Omar Rababah

Persuna jew persuni mhux magħrufa vvandalizzat it-tifkira ta’ Lassana Cisse, li kien tpoġġa fil-post fejn inqatel fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa.

Wara l-qtil tiegħu, li skont l-akkużi sar bi skop razzista, regolarment kienu qed jitpoġġew fjuri u ritratti fil-post fejn inqatel.

Iżda fl-aħħar sigħat dawn tqaċċtu kollha u nxteħtu fit-triq waqt li fil-post eżatt fejn kienet din it-tifkira nxteħet ammont ta’ skart.

Lassana Cisse kien ġie maqtul f’Ħal Far, f’każ illi fih żewġt irġiel oħra sfaw ukoll vittmi ta’ dan l-attakk. Jiem wara, żewġ suldati kien ġew arrestati b’rabta mal-qtil ta’ dan l-immigrant. Dan il-qtil makabru ħalla tliet ulied mingħajr missier.