Lokali

Ċaħda mill-kumpanija Elbros

Wara allegazzjonijiet li saru aktar kmieni llum minn xi individwi fuq siti socjali, id-diretturi tal-kumpanija ELBROS jixtiequ jinfurmaw li huma m’ghandhom x’jaqsmu bl-ebda mod fit-twaqqiegh, skavar jew bini f’sit ta’ kostruzzjoni li tinsab fi Triq San Luqa kantuniera ma Triq Danny Cremona, Pieta, liema sit huwa biswit blokka ta’ appartamenti li saritilha hsara strutturali waqt il-process ta’ twaqqiegh u skavar.

Ix-xoghol li kien isir permezz ta’ trakk tal-konkos, kien biss xoghol li l-Kumpanijia tqabbdet taghmel minn terzi, u kien biss li jitwassal (konkos) fuq is-sit in kwistjoni.

Il-kumpanija ELBROS qed tirriserva d-dritt li tiehu passi legali kontra min ghamel dawn l-allegazzjonijiet infondati.