Gowl mill-isbaħ fit-93 minuta mill-internazzjonali Ngliż Harry Kane minn nofs il-grawnd mill-International Champions Cup 2019 f’Singapore,hekk kif Tottenham Hotspur dawwru telfa f’rebħa kontra Juventus billi għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2.
Quddiem folla ta’ 50,000 spettatur fis-Singapore Stadium, ġurnata wara li Manchester United għelbu lil Inter 1-0 b’gowl miż-żagħżugħ ta’ 17-il sena Mason Greenwood.
Kienu t-tim Ingliż li mar fil-vantaġġ permezz ta’ Erik Lamela li wara save tajjeb ta’ Buffon li beda din il-logħba, meta b’tap in tefa’ ġewwa għal 1-0. Għal Juventus Bufon, kien qed jagħmel ir-ritorn ta’ 41 sena u li beda l-partita.
Reazzjoni mmedjata ta’ Juventus li skorjaw fit-tieni taqsima permez ta’ Gonzalo Higuain wara azzjoni tajba għal 1-1. Wara Juventus ġabu d-draw permezz ta’ Cristiano Ronaldo wara kross ta’ Mattia de Sciglio.
Tottenham wara tefgħu kollox fuq l-attakk u meritament ġabu l-goal tad-draw permezz tal-player Lucas Moura fil-65minuta. Erba’ fil-ħin miżjud mir-referee, Juventus tilfu l-pussess f’nofs il-ground u Harry Kane b’intelliġenza kbira raha lil Scezney li kien daħal fit-tieni taqsima, ftit il-barra u b’chip mill-isbaħ għamilhom 3-2.
F’partita oħra Arsenal kienu b’saħħithom wisq għal Fiorentina biex għelbuhom 3-0. L-attakkant żagħażugħ Eddie Nketiah reġa wera xi jsarraf wara li skorja doppjetta fl-International Champions Cup f’Charlotte, North Carolina ġewwa l-Istati Uniti.
Il-Maniġer Unai Emery iddeċieda li jibda b’tim mimli żgħażagħ immexxija mill-attakkant Ingliż ta’ 20 sena, li kien skorja l-gowl tar-rebħa kontra Bayern Munich fl-ewwel pre-season test qawwi għal Arsenal.
“Il- progress tiegħu huwa mpressjonanti – u nixtiequ li kull plejer jitjieb li kif qed jagħmel hu, ” qal Emery. Joe Willock skorja l-gowl l-ieħor hekk kif Arsenal kisbu t-tielet rebħa nfila fl-erba’ partiti li huma skedati fl-Istati Uniti. Issa huma jiltaqgħu kontra Real Madrid, it-Tlieta, 23 ta’ Lulju.
“Nketiah għandu attitudni liema bħala u għandu bżonn aktar esperjenza, aktar logħob u kunfidenza ,” żied jgħid Emery. Huwa fetaħ l-iskor fil-15 il minuta, qabel mas-sostituti Henrikh Mkhitaryan u Alexandre Lacazette ikkumbinaw biex żmarkawh tajjeb fil-kaxxa u ż-żagħżugħ għamilhom 2-0 fis-65 minuta.
Emery qal wara l-partita li bl-iskwadra li għandu u jekk jirnexxielu jagħmel xi akkwisti oħra, t-tim għġandu jkun wieħed kompetittiv. Qal ukoll li huwa mhux se jmur għal plejers tal-isem li jiswew ħafna flus imma ma jkunux utli għat-tim.
//= $special ?>