Lokali

IKOMPLU JIŻDIEDU L-PREZZIJIET: Inflazzjoni ta’ kwazi 2%

L-ikel u l-housing huma ż-żewġ oqsma li jaħtu l-aktar għall-inflazzjoni ta’ kważi 2% li kellna fix-xahar ta’ Ġunju. Dan kien konfermat minn ċifri maħruġa llum mill-NSO.

L-għoli tal-ħajja kienet ta’ 1.9%, bl-ikel jara żieda fil-prezzijiet ta’ 4.24% fuq dawk għall-istess xahar tal-2018. Il-housing, għola bi kwazi 2.4%.

Setturi oħra li raw żidiet kienu t-trasport u l-komunikazzjoni, li raw it-tielet l-akbar żieda. Ix-xorb u t-tabakk, u l-affarijiet għall-kura personali raw żiediet ukoll kif għamlu l-ħwejjeġ u l-attivijiet marbuta ma’ kultura u rikreazzjoni.

Jidher li l-aktar affarijiet bażiċi huma dawk li qed ikomplu jogħlew ta’ kull xahar hekk kif iż-żieda fil-prezz tal-ikel u l-housing baqgħu jogħlew xahar wara xahar mill-bidu tas-sena ‘l hawn – xi ħaġa li issa qed tħalli impatt fuq ħafna nies li ta’ kuljum qed jaraw żidiet fl-affarijiet li wieħed ma jistax jgħaddi mingħajrhom.