Internazzjonali

Imut il-Kap tal-IAEA, Yukiya Amano

I

Il-Kap tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA), Yukiya Amano, miet fl-età ta’ 72 sena.

Amano kien ilu jmexxi l-aġenzija mill-2009 u fl-aħħar jiem sar magħruf li hu kien qed jaħseb biex iwarrab mill-kariga s-sena d-dieħla minħabba marda mhix speċifikata.

It-tmexxija ta’ Amano kienet karatterizzata b’negozjati mimlija tensjoni fir-rigward tal-programm nukleari tal-Iran.

Intant, mhux ċar min se jkun il-kap ġdid tal-IAEA, għalkemm it-taħditiet dwar is-suċċessur ta’ Amano kienu bdew matul il-ġimgħa li għaddiet.