Futbol Sport

Jaqgħu l-akkużi ta’ stupru kontra Cristiano Ronaldo

Cristiano Ronaldo mhux se jkun qed jiffaċċja l-prosekuzzjoni dwar l-allegazzjonijiet ta’ stupru sesswali f’Las Vegas għaxar snin ilu. Il-Portugiż kien akkużat f’Settembru li għadda li stupra b’mod sesswali lill-Amerikana Kathryn Mayorga f’lukanda f’Las Vegas f’Ġunju tal-2009, xi ħaġa li hu ċaħad.

L-investigazzjoni kienet oriġinarjament magħluqa fl-2009 iżda nfetħet f’Awwissu li għadda ftit qabel ma’ Mayorga fetħet kawża legali f’Settembru tas-sena l-oħra, fejn offriet dettalji li fil-bidu żammet għaliha. Hi kienet qalet li rabbiet il-kuraġġ biex titkellem. Il-każ ċivili għadu miftuħ kontra Ronaldo.

Il-Portugiż ta’ 33 sena qal li l-istupru jmur kontra dak kollu li hu u li jemmen fih. Fi stqarrija, l-uffiċċju tal-avukat ta’ Clark County qal li wara ħarsa fuq l-informazzjoni preżentata f’dak iż-żmien, ma jistax ikun hemm l-allegazzjoni kontra Ronaldo.

Lura fl-2009, kien sar rapport minn mara fejn kienet tkellmet li taf il-persuna li allegat li stupra, iżda rrifjutat li tidentifika lilu u lanqas qalet fejn l-inċident seħħ. B’riżultat ta’ dan, il-pulizija qalet li ma setgħetx tinvestiga minħabba li ma setgħux iżuru l-post fejn allegatament sar l-inċident.