Lokali

Wasal f’pajjiżna Jean-Claude Juncker

Illum wasal f’pajjiżna il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, f’dik li mistennija tkun l-aħħar żjara tiegħu f’Malta f’din il-kariga.

Preżenti f’Kastilja, fost oħrajn kien hemm il-Kummisarju Ewropew Malti Karmenu Vella.

Juncker itemm il-Presidenza fil-31 t’Ottubru li ġej, u minn hemm tidħol fit-tmexxija Ursula Von der Leyen, li se tkun l-ewwel mara fit-tmexxija tal-Kummissjoni Ewropea.

Fost l-impenji li se jkollu f’Malta Jean-Claude Juncker, hemm skedata laqgħa mal-President ta’ Malta George Vella.

Din hi s-seba’ żjara ta’ Juncker f’pajjizna.