Fil-jiem li ġejjin il-kapijiet tal-iskejjel kif ukoll l-għalliema ħa jkunu qed jiġu infurmati bl-aħħar deċiżjoni tal-Kunsill tal-Għalliema.
Skont stqarrija maħruġa mill-Union tal-Edukaturi Professjonisti (UPE), il-Kunsill tal-Għalliema, iddeċieda li mis-sena skolastika li ġejja, l-għalliema kollha li se japplikaw għall-warrant ser ikollhom jippreżentaw il-fedina penali tagħhom maħruġa fl-aħħar xahar, flok iċ-ċertifikat tal-kondotta kif kien isir normalment.
Filwaqt li laqgħet kull inizjattiva li tista’ tissalvagwardja lit-tfal, il-UPE qed tfakkar li apparti l-għalliema hemm professjonisti oħrajn li jaħdmu mat-tfal tagħna waqt u wara l-ħin tal-iskola.
Għaldaqstant, il-UPE qed tinsisti li għall-ġid tat-tfal tagħna lkoll, il-professjonisti l-oħrajn kollha li jaħdmu mat-tfal, ukoll għandhom ikunu obbligati li jippreżentaw il-fedina penali tagħhom flok iċ-ċertifikat tal-kondotta u mhux l-għalliema biss.
Anke l-MUT fi stqarrija separata qalet illi ma taqbilx ma dawn il-proċeduri ġodda, għalkemm il-union ġiet assigurata li din kienet biss proposta u mhux deċiżjoni finali.
//= $special ?>