Futbol Sport

Magħrufa l-avversarji ta’ Valletta jekk jikkwalifikaw għat-tielet rawnd

Valletta jistgħu jilagħbu kontra Saburtalo ta’ Georgia jew Dinamo Zagreb tal-Kroazja, hekk kif telgħu l-poloz tat-tielet rawnd tal-UEFA Champions League. Iżda biex jagħmlu dan, Valletta jridu jilagħbu ż-żewġ logħbiet mit-tieni rawnd kontra l-Ungeriżi Ferencvaros.

L-ewwel konfront jintlagħab l-Erbgħa 24 ta’ Lulju fil-Ferencvaros Stadion f’Budapest, bil-partita ta’ ritorn tintlagħab fis-Centenary Stadium it-Tlieta 30 ta’ Lulju. It-tellief minn dan il-konfront jidħol fit-tielet rawnd tal-UEFA Europa League

L-ewwel logħba kontra r-rebbieħ bejn Saburtalo jew Dinamo Zagreb tintlagħab fis-6 u s-7 ta’ Awwissu u jekk Valletta jgħaddu mit-tieni rawnd, l-partita ta’ ritorn tintlagħab fis-Centenary Stadium fit-13 ta’ Awwissu.

Intant jekk Valletta jkunu eliminati minn dan ir-rawnd, ikomplu l-avventura Ewropea fit-tielet rawnd tal-UEFA Europa League. Il-Beltin jistgħu jilagħbu kontra FC Santa Coloma ta’ Andorra jew Astana tal-Każakistan, bil-logħbiet jintlagħbu fit-8 u l-15 ta’ Awwissu. F’din l-okkażjoni wkoll, Valletta telgħu t-tieni fil-polza u għalhekk jilagħbu l-partita ta’ ritorn fis-Centenary Stadium jekk jilagħbu f’dan ir-rawnd.