Lokali Qorti

Mandat ta’ sekwestru wara li ħalla l-art 280 tifel u tifla tan-nurseries

Fi tmiem il-ġimgħa, il-Qorti ħarġet mandat ta’ sekwestru fil-konfront ta’ Joffrey Mallia, ir-raġel li allegament inganna bi 3 nurseries tal-football meta l-Ġimgħa li għadda ħalla l-art 280 tifel u tifla li kienu se jsiefru għal tournament.

Is-Sibt li għadda n-nurseries taw tlett ijiem ċans lil Mallia sabiex iħallas lura l-pagament li ngħata fix-xhur ta’ qabel sabiex jorganizza titjira charter lit-tfal lejn id-Danimarka u lura. Minkejja li fil-media qed tissemma’ ċ-ċifra ta’ €66,000 Net News hu infurmat li d-danni jistgħu jkunu saħansitra akbar.

It-tentattivi tagħna biex nikkuntatjaw lil Mallia sa issa rriżultaw fin-negattiv.

Kien nhar il-Ġimgħa li għadda meta permezz ta’ ittra uffiċjali ppreżentata minn Frankie Ciantar li qed jirrappreżenta lil Pieta Hotspurs, Noel Debattista għan-nom ta’ Hamrun Spartans Nursery u Jonathan Barbara għan-nom ta’ Birkirkara F.C Youth Academy, kif ukoll f’isem it-tfal u adulti li kienu se jakkumpanjawhom…dawn kollha interpellaw lil Joffrey Mallia u l-persuni involuti biex jimxu mal-obligi tal-kuntratt li daħlu għalih.

It-tliet firmatarji talbu li jingħataw lura l-ammont imħallas minnhom għal dan l-istess servizz li qatt ma ġie mogħti lilhom, kif ukoll isir ħlas ta’ danni li setgħu saru.

L-Avukati Franco Debono, Marion Camileri u Amadeus Cachia qed jidhru f’isem it-tliet nurseries li prezentaw din l-ittra.