Lokali

Oħt Charlene b’apprezzament għall-messaġġi ta’ solidarjeta’

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa nstabu l-fdalijiet tal-katavru ta’ Charlene Farrugia, oħt Charlene kitbet messaġġ fuq Facebook fejn esprimiet l-apprezzament tagħha għas-solidarjetà li rċeviet hi u l-familja tagħha.

Oħt Charlene Farrugia rringrazzjat lil kull min wera solidarjetà u offra l-għajnuna u t-talb waqt li għaddejjin minn dan il-perijodu diffiċli.

Hija rringrazzjat lill-Arċipriet ta’ Ħaż-Żebbuġ Fr Daniel Cardona u lill-Pulizija.

Intant fi żviluppi oħra, qed jingħad li Charlene Farrugia inqatlet f’appartament fi Triq Efesu, f’San Pawl il-Baħar qabel imbgħad trasportaw il-katavru taħha lejn is-sur ta’ taħt id-daħla tal-Belt. Dan il-każ, li jmur lura 11-il sena, ixxokja lil bosta f’pajjiżna l-aktar minħabba kif żviluppaw il-fatti fl-aħħar jiem.