Bost residenti f’Ħal Kirkop qed jilmentaw dwar is-sitwazzjoni ta’ ħmieġ fil-lokalita’ tagħhom meta dalgħodu, suppost, kellu jinġabar l-iskart organiku. Fil-fatt skont informazzjoni li kiseb Net News, il-boroz tal-iskart organiku effettivament inġabru minn xi toroq, iżda intefgħu f’post ieħor. Dan sabiex jinġabru f’daqqa mit-trakk.
Residenti li tkellmu magħna qalulna li s-sitwazzjoni f’xi toroq ta’ Ħal Kirkop dalgħodu kienu “insapportabbli”.
Kif juru t-tabelli, ir-residenti ta’ Ħal Kirkop huma obligati – kif fil-fatt għamlu – joħorġu l-iskart sas-7:30am. Iżda l-ironija hi li sa nofsinhar dawn il-boroż kienu għadhom ma nġabrux. Dan meta fix-xhur tas-Sajf, is-sħana qawwija bla dubju li tħalli l-effett tagħha fuq dan l-iskart.
//= $special ?>