Il-Brittaniku Simon Yates rebaħ il-15-il stadju tat-Tour de France, wara li kien diġa rebaħ t-t-12-il stadju fil-Pirinej. Il-Ħadd f’tellieqa mimlija azzjoni li saret fil-muntanji tal-Pyrenees fuq distanza ta’ 185 kilometru. Geraint Thomas issa qata’ 37 sekonda mill-vantaġġ ta’ Julian Alaphilippe, li minkejja li għadu jżomm il-flokk l-isfar deher xi ftit għajjien biex issa l-gap jinsab biss ta’ minuta u 35 sekonda.
Simon Yates (Mitchelton-Scott) ħareb lill-aversarji tiegħu f’tellieqa ferm eċċitanti. . Thibaut Pinot (Groupama-FDJ) u Mikel Landa (Movistar) spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament f’xita kontinwa, bil-leader Julian Alaphilippe (Deceuninck-Quick-Step), jonqoslu l-vantaġġ tiegħu.
Minkejja li Alaphilippe għadu fuq quddiem diversi ċiklisti issa qorbu lejh. Pinot u Landa kienu fost dawk li marru tajjeb, b’ Egan Bernal (Ineos) u Emanuel Buchmann (Bora-Hansgrohe) ukoll jersqu viċin Alaphilippe. Għa; Yates, din ir-rebħa tagħtu t-tielet rebħa fil-Grand Tours. It-Tnejn hija ġurnata ta’ mistrieħ għat-Tour de France.
//= $special ?>