Lokali Qorti

Deċiżjoni favur l-Air Malta

L-Imħallef Toni Abela laqa’ t-talba tal-AirMalta biex iwaqqaf lill-Assoċjazzjoni tal-Piloti milli tieħu azzjonijiet fil-konfront tal-linja tal-ajru.

Huwa kien diġa laqa’ it-talba b’mod proviżorju u wara li sema’ x-xhieda ikkonfermaha b’mod permanenti fejn sostna li l-AirMalta rnexxielha tipprova li għandha drittijiet x’tipproteġi.

L-ALPA kienet tat direttiva lill-membri tagħha biex jibdew it-titjira nofs siegħa wara l-ħin maħsub… bl-AirMalta tirrikorri mill-ewwel għall-Qorti biex twaqqaf l-azzjonijiet tagħha.

Iż-żewġ naħat m’humiex jaqblu dwar it-talba tal-piloti tal-ajru dwar skema ta’ irtirar kmieni.

Ikkummenta