Futbol Sport

AĠĠORNATA: Giovanni Tedesco jingħaqad mal-kumplament tat-tim fil-Latvja

(Ritratt: Martin Agius)

Aħbar pożittiva għal Gżira United hekk kif il-kowċ tagħhom Giovanni Tedesco ħalla pajjiżna biex jingħaqad magħhom fil-Latvja wara tħassib fuq il-kundizzjoni ta’ saħħa tiegħu. Jidher li dalgħodu kien jinsab ħafna aħjar u għalhekk ingħata l-permess mit-tobba biex jingħaqad fil-ħin mat-tim
u jkun preżenti għall-partita ta’ għada mill-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-Europa League kontra Ventspils. Miegħu jinsab il-President tal-klabb Sharlon Pace li baqa’ mat-Taljan.

Ilbieraħ filgħaxija, il-paġna ta’ Replay fuq facebook żvelat li hekk kif Gżira United kienu lesti li jħallu pajjiżna fi triqthom lejn il-kapitali tal-Latvja Riga, il-kowċ Taljan Giovanni Tedesco kellu jitniżżel mill-ajruplan minħabba li ma ħassux tajjeb u ġie ċċertifikat li ma jistax jivvjaġġa mat-tim.