Il-Partit Nazzjonalista jrid jifraħ lil Boris Johnson li ġie dikjarat elett Kap ġdid tal-Partit Konservattiv Ingliż. Din hija ħatra importanti u mimlija responsabbiltà f’dan il-mument partikolari.
Il-PN żamm tul dawn l-aħħar snin relazzjonijiet tajba mal-Partit Konservattiv u jittama li dawn jiġu mkattra fiż-żmien li ġej.
Fl-istess ħin filwaqt li jfakkar li pajjiżna għandu rabtiet ekonomiċi u kulturali qawwija mar-Renju Unit, jawgura li dawn r-relazzjonijiet ma jonqsux anzi jiżdiedu fil-futur.
//= $special ?>

