L-eks sindku ta’ Tas-Sliema, Nicholas Dimech ma nstabx ħati mill-Qorti mixli b’tixħim, inġurja u theddid fuq konfront ta’ uffiċjal pubbliku.
L-Avukat Ġenerali talab fir-rikors li terġa’ tqis il-każ tal-eks sindku iżda l-Qorti tal-Appell ma laqgħetx din it-talba.
Lura fl-2009, Dimech kien akkużat li approfitta ruħu mill-pożizzjoni li kien fiha biex jieħu flus żejda minn fuq kuntratt.
Għal Nicholas Dimech dehru l-avukati Mark Vassallo u Edward Gatt.
//= $special ?>

