Lokali Qorti

Illiberat minn kull akkuża wara li kien instab ħati

Deċiżjoni tal-Qorti tinbidel wara li jsir appell dwar allegatament tixħim fil-meters tad-dawl minn Louis Attard.

Lura fl-2018, Attard kien instab ħati li nstalla meter f’daru biex inaqqas l-ammont ta’ użu tad-dawl fl-2014.

Fil-Qorti kien intqal li Louis Attard kien irranġa ma’ kuġint martu, ħaddiem tal-Enemalta biex jibgħat lil ħaddiem tekniku, Paul Pantalleresco biex jinstalla l-meter tad-dawl imbagħbas. Attard kien wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi miġjuba kontrih.

Fix-xhieda, Pantalleresco qal li kien hu li installa l-meter iżda m’għamilx dan minħabba istruzzjonijiet li ngħataw mill-akkużat.

Il-Qorti kkonkludiet li s-sentenza maqtugħa fl-2018 ma kinitx sigura u sodisfatta, u b’hekk iddikjarat li r-raġel huwa innoċenti minn kull akkużi.