Minn hawn u ftit minuti oħra jkun magħruf ir-riżultat tal-elezzjoni li saret fil-Partit Konservattiv Ingliż għat-tmexxija l-ġdida – vot bejn Boris Johnson u Jeremy Hunt.
Kollox qed jindika li se jkun Boris Johnson il-kandidat bl-akbar ammont ta’ voti.
Ir-riżultat se joħroġ f’nofsinhar, u b’kollox f’din il-votazzjoni ħadu sehem 160,000 membru tat-Tories.
Ir-rebbieħ ta’ din l-elezzjoni jieħu t-tmexxija tal-pajjiż għada, fejn mal-ewwel se jkollu jiffaċja deċiżjonijiet kruċjali.
//= $special ?>