Taħt tinda biex jistkenn mix-xemx, dalgħodu l-Ministru Ian Borg inawgura l-proġett ta’ Triq Tal-Balal li minn San Ġwann twassal lejn in-Naxxar.
U minkejja l-appelli taċ-ċiklisti infushom sabiex l-infrastruttura f’din it-triq issir bi standards Ewropej u toffri sigurta’, il-Gvern baqa’ għaddej xorta bil-propaganda tiegħu. Tant li illum stess nieda video promozzjonali fejn qed jgħid li l-bicycle lanes li saru – b’lewn aħdar – huma siguri.
Il-Bicycle Advocacy Group (BAG) ilhom ġimgħa jappellaw lill-awtoritajiet ibiddlu dawn il-lanes li saru u li ma joffru sigurta’ ta’ xejn. Anzi, il-lanes il-ħodor qed ifixxklu kemm lis-sewwieqa tal-karozzi u anke liċ-ċiklisti infushom.
BAG iddeskrivew dawn il-lanes bħala “substandard”.
//= $special ?>