Lokali Qorti

Ir-raġel imfittex mill-Pulizija Ingliża se jintbagħat lura pajjiżu

Christopher Guest More, il-persuna akkużata li qatlet persuna oħra li kienet tikkultiva l-kannabis se jkun qed jintbagħad lura pajjiżu biex jgħaddi ġuri hemmhekk.

Guest More jinsab akkużat li kien qatel lil Brian Waters fl-2003 flimkien ma’ John Wilson, James Raven, u Otis Matthews li kollha qed iservu sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Waters kien ittorturat u msawwat sal-mewt quddiem żewġ uliedu li kellhom jaraw dan il-qtil b’arma tan-nar ma’ rashom. Dan il-qtil seħħ minħabba allegazzjonijiet li talbu l-flus mingħand il-vittma.

Guest More ilu l-iktar persuna imfittxa mill-Pulizija Ewropew minn meta sar l-omiċidju.

Hu kien ġie arrest f’Malta wara li kien qed juża isem ieħor f’attentat li ma jinqabadx. L-Imħallef Aaron Bugeja ħa d-deċiżjoni li jintbagħat lura pajjiżu f’deċiżjoni li ħadet madwar 3 sigħat.