Is-somma ta’ €20,000 biex tiġi kkontestata legalment id-deċiżjoni tal-PA dwar is-Central Link Project inġabret bis-saħħa tal-crowdfunding f’inqas minn 24 siegħa, saħqu l-NGOs involuti.
Dan huwa riżultat rekord, u l-NGOs u l-AREN komplew jisħqu li “illum ir-residenti u ċ-ċittadini komuni wrew li l-oppożizzjoni kontra dan il-proġett hija ferm aktar mifruxa milli l-gvern kien basar, speċjalment fost ir-residenti taż-żona affettwata.”
“L-appoġġ li rajna min-nies f’dawn l-aħħar sigħat u l-messaġġi ta’ inkoraġġiment li rċevejna ħallewna bla kliem.” L-NGOs qalu li issa se jkunu qed jiddiskutu l-passi li jmiss flimkien mat-tim legali bil-għan li jibdew bil-proċeduri legali neċessarji.
Donazzjonijiet se jibqgħu jiġu milqgħua mingħand dawk kollha li jixtiequ jikkontribwixxu għal din il-kawża.
//= $special ?>

