Ir-riċerkaturi mit-Tajlandja u r-Renju Unit esprimew inkwiet għall-fatt li l-parassiti tal-malarja li kapaċi jirreżistu ‘l-aqwa mediċina’ qegħdin jinfirxu b’mod rapidu madwar ix-Xlokk tal-Asja. Il-movimenti tal-parassiti, għalissa, kienu indikati ‘mill-Kambodja sal-Laos, it-Tajlandja u l-Vjetnam’, fejn nofs il-pazjenti mhumiex qed ikunu kurati bil-proċuri mediċinali stabbiliti.
Sadnittant, ir-riċerkaturi qalu li r-riżultati tal-istudji anki qajjmu ‘il-prospett ikrah’ li l-problemi tal-parassiti b’reżistenza għall-mediċina jinfirxu lejn l-Afrika.
Mill-banda l-oħra, iżda, xi esperti qalu li ‘l-implikazzjonijiet jistgħu ma jkunux serji daqskemm kienu ħasbu għall-bidu’.
It-trattament tal-malarja jinvolvi programm b’żewġ mediċini – l-artemisinin u l-piperaquine – li kien introdott fil-Kambodja fl-2008.
Iżda sal-2013 kienu diġa feġġew każi fejn il-parassita inkwistjoni żviluppat reżistenza għal dawn iż-żewġ mediċini, bl-ispezzjonjiet tad-DNA tal-parassita jindikaw ‘firxa tar-reżistenza ( kontra l-mediċini) fil-Kambodja, il-Laos, it-Tajlandja u l-Vjetnam.’
Hu minnu wkoll li, f’xi reġjuni, mat-80 fil-mija ta’ dawn il-parassiti huma ‘drug resistant’.
Filwaqt li kien reġistrat progress kbir fil-programmi lejn l-eliminazzjoni tal-malarja, il-fattur tal-parassiti ( jew mikrobi) reżistenti għall-mediċina qed jitqies bħala ostakolu għal dan il-progress.
//= $special ?>