Persuna li kull ġurnata jispira persuna oħra – Jake Vella li minkejja l-kundizzjoni li għandu, hu jibqa’ jisfida kull diffikultà li jsib quddiemu.
Fil-fatt, Jake ħareġ mill-Isptar wara ġimgħa jiġġieled għal ħajtu u minnufih mar lura għas-sezzjonijiet tal-għawm – sport li tant iħobb.
It-Tnejn filgħaxija, Jake ħabbar li mhux talli mar lura d-dar iżda saħansitra ingħaqad mal-għalliema tiegħu biex għamel sezzjonijiet ta’ 1.5 kilometru ta’ għawm.
It-tifel ibati mill-kundizzjoni ROHHAD, li hi kundizzjoni rari li taffetwa lit-tfal. Din il-kundizzjoni twassal biex dawn it-tfal b’mod speċjali jibdew iżidu fil-piż b’rata magħġġla u jkollhom diffikultà biex jieħdu n-nifs.
Madanakollu, jidher li xejn u ħadd mhu se jwaqqaf lil Jake milli jagħmel dak li vera jħobb u jasal fejn vera jixtieq!
//= $special ?>

