Grupp ta’ għaqdiet ambjentali li kienu qed jiġbru l-flus biex jiftħu kawża kontra l-Gvern, li qed jgħaddi minn fuq kulħadd u mistenni jwettaq massakru mill-ambjent biex jimplimenta l-proġett tas-Central Link, ġabru €20,000 li kien hemm bżonn biex iressqu l-każ tagżhom quddiem il-Qorti.
Din is-somma nġabret f’inqas minn 24 siegha f’xhieda tas-sentiment popolari kontra dan il-proġett, bl-għaqdiet mhux governattivi nvoluti jiddikjaraw li dan hu rekord.
Dan apparti li fi ftit jiem, il-grupp fuq Facebook For our Trees laħaq it-8,000 membru, u huma diversi dawk li qed jikkommettu ruħhom li nhar il-Ħadd li ġej jattendu għal protesta li se ssir fl-inħawi affettwati.
Iffaċċjat bil-kritika qawwija, il-Gvern Laburista spiċċa jinqeda bl-istazzjon tiegħu biex joħroġ iktar minn storja kuljum jipprova jiġġustifika dan il-proġett.
Dan apparti li, permezz tal-aħbarijiet fuq One, il-Partit Laburista nfexx f’attakk wara l-ieħor, u aħbar wara l-oħra, biex jattakka lil kull min qajjem dubji.
Fl-aħħar sigħat falla wkoll attentat ta’ One News biex jattakkaw l-Oppożizzjoni, hekk kif il-media Laburista irċeviet ċanfira minn bosta persuni fuq il-media soċjali, b’ħafna kummenti li wissewhom sabiex din ma tiddawwarx f’ballun politiku.
//= $special ?>

