Il-produzzjoni tal-film tant mistenni ‘Fast and Furious 9’ ġiet posposta ħesrem wara li l-istuntman tal-attur Vin Diesel indarab serjament.
Mill-ewwel indikazzjonijiet il-każ seħħ fl-Istudio tal-Warner Brothers ġewwa Hertfordshire, meta Joe Watts waqa’ madwar 3 sulari għal isfel bil-konsegwenza li ġie fuq rasu. Huwa ttieħed b’urġenza l-isptar fejn preżentament jinsab f’koma.
Diesel, li issa għandu 52 sena, sostna li jinsab ferm iddispjaċut b’dak li ġara hekk kif bħalissa l-ebda diskors ma jista jsabbar lil qrabatu u lil sħabu.
