Lokali Qorti

Ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest l-aħwa Degiorgio

Għal darb’oħra l-aħwa Degiorgio, mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest. Dan wara li fl-10 ta’ Lulju reġgħu talbu l-ħelsien mill-arrest.

L-oġġezzjoni tal-Avukat Ġenerali għall-ħelsien mill-arrest ġiet aċċettata mill-Imħallef Giovanni Grixti hekk kif il-kumpilazzjoni ta’ Vince Muscat u l-aħwa Degiorgio waslet fl-aħħar proċeduri.

L-arrest tagħhom sar madwar sena u nofs ilu hekk kif huma s-suspettati ewlenien fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, qtil li sar fis-16 ta’ Ottubru 2017.